Talba tal-Familja Mulej, aħna nikkonsagrawlek l-imħabba tagħna lejn xulxin u lejn uliedna u nitolbuk li ssaltan dejjem f’kull membru tal-familja tagħna u tieqaf magħna f’kulma nagħmlu u ngħidu biex, kif aħna magħqudin flimkien f’din l-art ninġabru lkoll miegħek fid-dar tiegħek tas-sema. Mulej, nitolbuk ukoll għall-familji kollha ta’ din il-parroċċa u tad-dinja kollha; saħħaħ l-għaqda fl-imħabba fost il-miżżewġin; ieqaf mat-tfal u ż-żgħażagħ, kun il-qawwa tal-morda, l-għajnuna tal-foqra, il-faraġ tar-romol u Missier il-bnedmin kollha. - Ammen - Din it-talba tingħad fi tmiem ta’ kull laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara.
|