Home Contact
 
Talb
Talba tal-Familja
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Talba tal-Familja

Mulej, aħna nikkonsagrawlek l-imħabba tagħna lejn xulxin u lejn uliedna u nitolbuk li ssaltan dejjem f’kull membru tal-familja tagħna u tieqaf magħna f’kulma nagħmlu u ngħidu biex, kif aħna magħqudin flimkien f’din l-art ninġabru lkoll miegħek fid-dar tiegħek tas-sema.

Mulej, nitolbuk ukoll għall-familji kollha ta’ din il-parroċċa u tad-dinja kollha; saħħaħ l-għaqda fl-imħabba fost il-miżżewġin; ieqaf mat-tfal u ż-żgħażagħ, kun il-qawwa tal-morda, l-għajnuna tal-foqra, il-faraġ tar-romol u Missier il-bnedmin kollha.

- Ammen -

Din it-talba tingħad fi tmiem ta’ kull laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara.