Home Contact
 
Talb
Talb Online
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Il-Kompjuter xogħol biss? Jew divertiment biss? Qatt ħsibt li tista' titlob anki bil-kompjuter jew b'mezzi teknoloġiċi oħra? F'din il-paġna qed intuk lista ta' siti fuq l-internet iddedikati biex inti tieqaf u tagħmel mument ta' talb matul il-ħajja mgħaġġla ta' kulljum.

SACRED SPACE
Din hija sit popolari ħafna li toffri talba għal kuljum billi tqatta' 10 minuti quddiem il-kompjuter. Fil-fatt tista' tagħmilha bil-qiegħda quddiem kompjuter. L-idea hija li inti ssib “spazju sagru” fil-ġurnata. Bl’għajnuna ta' gwida pprovduta fuq l-iskrin tiegħek u silta mill-Bibbja, din is-sit tista' tkun ta’ għajnuna għal min jixtieq jibda jitlob u ma jafx kif.
Offrut mill-Ġiżwiti tal-Irlanda.

PRAY AS YOU GO
Din il-paġna toffri (a) talb għal kuljum ta' madwar kwarta fuq MP3 player li jinkludi kemm kliem kif ukoll mużika; kemm tiddawnlowdjah u tisimg]u (b) riflessjoni fuq il-ġurnata ta' madwar 8 minuti, ukoll għal fuq l-MP3; fiha stedina biex iġġib quddiem għajnejk il-ġrajjiet ewlenin tal-ġurnata flimkien ma' dak li ħassejt; l-idea hi li ssir aktar konxju ta' kif Alla kien preżenti f’ħajtek dakinhar.
Offrut mill-Ġiżwiti tal-Ingilterra.

3-MINUTE RETREAT
Irtir ta' 3 minuti li jgħinek tiffoka fuq dak li hu importanti; esperjenza ta' talb li tinkludi l-Bibbja, mużika u stampi.
Offrut minn Loyola Press.

 


Sorż : Rivista Flimkien, Novembru 2010