Home Contact
 
Talb
Talb Online
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Il-Kompjuter xogħol biss? Jew divertiment biss? Qatt ħsibt li tista' titlob anki bil-kompjuter jew b'mezzi teknoloġiċi oħra? F'din il-paġna qed intuk lista ta' siti fuq l-internet iddedikati biex inti tieqaf u tagħmel mument ta' talb matul il-ħajja mgħaġġla ta' kulljum.

SACRED SPACE
Din hija sit popolari ħafna li toffri talba għal kuljum billi tqatta' 10 minuti quddiem il-kompjuter. Fil-fatt tista' tagħmilha bil-qiegħda quddiem kompjuter. L-idea hija li inti ssib “spazju sagru” fil-ġurnata. Bl’għajnuna ta' gwida pprovduta fuq l-iskrin tiegħek u silta mill-Bibbja, din is-sit tista' tkun ta’ għajnuna għal min jixtieq jibda jitlob u ma jafx kif.
Offrut mill-Ġiżwiti tal-Irlanda.

PRAY AS YOU GO
Din il-paġna toffri (a) talb għal kuljum ta' madwar kwarta fuq MP3 player li jinkludi kemm kliem kif ukoll mużika; kemm tiddawnlowdjah u tisimg]u (b) riflessjoni fuq il-ġurnata ta' madwar 8 minuti, ukoll għal fuq l-MP3; fiha stedina biex iġġib quddiem għajnejk il-ġrajjiet ewlenin tal-ġurnata flimkien ma' dak li ħassejt; l-idea hi li ssir aktar konxju ta' kif Alla kien preżenti f’ħajtek dakinhar.
Offrut mill-Ġiżwiti tal-Ingilterra.

3-MINUTE RETREAT
Irtir ta' 3 minuti li jgħinek tiffoka fuq dak li hu importanti; esperjenza ta' talb li tinkludi l-Bibbja, mużika u stampi.
Offrut minn Loyola Press.

OTHER 6
Xi nies isibu lil Alla fil-knisja nhar ta' Ħadd, imma mhux dejjem faċli jsibuh fis-sitt ijiem l-oħra tal-ġimg]a. F’dan is-sit sempliċi imma nteressanti ssib dak li jiktbu nies oħra fuq fejn isibu lil Alla f’ħajjithom. Forsi inti tista' tniżżel tiegħek ukoll….
“Other 6” hija komunità Injazjana li tgħinek tara lil Alla f’ħinijiet u okkażjonijiet differenti.

HOW TO PRAY WITH ART
Struzzjonijiet għal kif titlob bit-tpinġija, links għal tpinġijiet, u riflessjonijiet fuq l-arti u t-talb.
Offrut mill-artist Bob Gilroy, S.J.
Sorż : Rivista Flimkien, Novembru 2010