Home Contact
 
Talb
Madonna-tar-Ruzarju
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Il-Knisja tfakkarna biex matul dan ix-xahar t'Ottubru nitolbu r-Rużarju fil-familji b’ħeġġa u devozzjoni aktar ħerqana. Tul dan ix-xahar fil-Knisja r-Rużarju jingħad mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-7.10 u fit-8.00 a.m. u fis-7.00 p.m. jkun meditat quddiem Gesu’ Sagramentat. Ir-Rużarju fil-Knisja jingħad ukoll nhar ta’ Erbgħa fil-11.30 a.m. Nhar ta’ Tlieta fis-7.30 p.m. r-Rużarju jingħad quddiem l-istatwa tal-Madonna fi Triq Claudette Agius. 

Fl-Isem tal-Missier, u ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen.

Alla tagħna isma' t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna.
Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa' għal dejjem ta' dejjem. Amen.

Marija Santissima, urina li inti Ommna: Għalik jisma t-talb tagħna Ġesù li twieled għalina u li ried ikun ibnek bħalna. O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar ta' l-infern; ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.

Il-Misteri tar-Rużarju :

Il-Misteri tal-Ferħ - jingħadu nhar ta' Tnejn
Il-Misteri tat-Tbatija  - jingħadu nhar ta' Tlieta u nhar ta' Ġimgħa
Il-Misteri tad-Dawl - jingħadu nhar ta' Ħamis
Il-Misteri tal-Glorja  - jingħadu nhar t'Erbgħa, nhar ta' Sibt u nhar ta' Ħadd

Missierna

Missierna li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun dak li trid int, kif fis-sema hekda fl-art.
Ħobżna ta' kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħal ma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tigrib iżda eħlisna mid-deni.
Amen.

Sliema (għal għaxar darbiet)

Sliem għalik, Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek Ġesù.
Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Amen.

Glorja

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu.
Kif kien fil-bidu, issa u dejjem, u jibqa għal dejjem ta' dejjem. Amen.  

Salve Regina

Sliema għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna, sliem għalik, lilek ingħajtu, għaliex aħna tturufnati, ulied Eva; lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f'dawn il-wied tad-dmugħ. Ejja, mela, avukata tagħna, dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufnament, lil Ġesù, frott imbierek tal-guf tiegħek; o ħanina, o pija, o ħelwa Vergni Marija.

Itlob għalina, qaddisa Omm Alla, biex ikun jistħoqqilna dak li wegħedna Kristu.

Skond il-fehma tal-Papa (jew ta’ l-Arċisqof)

Missierna …    
Sliema …
Glorja …

Għall-Erwieħ tal-Purgatorju

Missierna …    
Sliema …
Glorja …

Il-Litanija tal-Madonna

Mulej, ħniena,
Kristu, ħniena
Mulej, ħniena,
Kristu, ismagħna,
Kristu ilqa' t-talb tagħna, 

Missier Etern Alla,
Iben Alla li fdejt id-dinja,
Spirtu Mqaddes Alla,
Trinità Mqaddsa Alla wieħed,

Imqaddsa Marija,
Imqaddsa Omm Alla,
Imqaddsa xebba tax-xbejbiet,
Omm ta' Kristu,
Omm il-Knisja,
Omm tal-grazzja t'Alla,
Omm l-iżjed safja,
Omm l-iżjed nadifa,
Omm u xebba,
Omm bla tebgħa,
Omm li tistħoqq l-imħabba,
Omm ta' l-għageb,
Omm tal-parir it-tajjeb,
Omm ta' min ħalaqna,
Omm ta' min salvana,
Xebba kollok għaqal,
Xebba li tistħoqq kull qima,
Xebba li tistħoqq kull foħrija,
Xebba kollok setgħa,
Xebba kollok ħniena,
Xebba dejjem marbuta ma' Alla,
Mera tal-qdusija,
Tron ta' l-għerf,
Bidu tal-ferħ tagħna,
Għamara ta' l-Isprtu s-Santu,
Għamara ta' kull grazzja,
Għamara ta' kull tjieba,
Warda mistika,
Torri ta' David,
Torri ta' l-avorju,
Dar tad-deheb,
Arka tar-Rabta l-Gdida,
Bieb tas-sema,
Kewkba ta' filgħodu,
Saħħa tal-morda,
Kenn tal-midinbin,
Farag ta' l-imnikktin,
Għajnuna ta' l-insara,
Sultana ta' l-Angli,
Sultana tal-Patrijarki,
Sultana tal-Profeti,
Sultana ta' l-Appostli,
Sultana tal-Martri,
Sultana tal-Konfessuri,
Sultana tal-Verġni,
Sultana tal-Qaddidin kollha,
Sultana mnissla mingħajr l-ewwel tebgħa,
Sultana mtellgħa s-sema,
Sultana tar-Rużarju Mqaddes,
Sultana tal-Familja,
Sultana tal-Paċi,

Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,
Ħaruf t'Alla li tneħħi d-dnubiet tad-dinja,

      

Mulej, ħniena
Kristu, ħniena
Mulej, ħniena
Kristu, ismagħna
Kristu ilqa' t-talb tagħna

Ħenn għalina 
        " 
        " 
        " 

Itlob għalina
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "
        "

Aħfrilna, nitolbuk, Mulej
Ismagħna, nitolbuk, Mulej
Ħenn għalina. 

Nitolbu

O Alla, int li ridt li mat-tħabbira ta' l-Anġlu, l-Iben tiegħek isir bniedem fil-ġuf tal-Verġni Mqaddsa Marija, agħtina, nitolbuk, lilna li nistqarruha Omm Alla, li nkunu megħjuna mit-talb tagħha. Bl-istess Kristu Sidna. Amen.

Fl-Isem tal-Missier, u ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu. Amen.