Home Contact
 
Randan
Randan
   
   
Ir-Randan Imqaddes huwa perjodu t'erbgħin jum li fil-Liturġija tal-Knisja jħejjina għall-akbar festa tagħna l-Insara : L-Għid il-Kbir, il-qawmien mill-mewt ta' Sidna Ġesu' Kristu.

Fl-ewwel żminijiet tal-Knisja, ir-Randan kien iż-żmien li fih il-katekumeni, jiġifieri dawk li jkunu se jitgħammdu, kienu jhejju ruħhom bit-tagħlim, bit-talb u bil-penitenza biex ikunu jistgħu jirċievu l-magħmudija fil-lejl tal-Għid il-Kbir. Fiż-żmien tar-Randan il-liturġija tistedinna biex inġeddu u nsaħħu l-konverżjoni ta' qalbna lejln Alla, u hekk, inhejju lilna nnifisna biex fil-lejl tal-Għid nerġgħu nġeddu l-ewgħdiet tal-Magħmudija tagħna.

F'dan iż-żmien tar-Randan, jeħtieġ li ngħixu u niċċelebraw l-Ewkaristija b'dawn id-dispożizzjonijiet:

  • Nissieħbu ma' Ġesu' fil-mixja tiegħu fid-deżert, biex kif huwa rebaħ il-qawwiet tal-ħażen bit-talb u l-penitenza, hekk aħna wkoll nirbħu t-tentazzjonijiet tal-ħażen li magħhom niltaqgħu f'ħajjitna. Huwa żmien li nindmu u nikkonvertu dejjem aktar mill-ħażen tagħna.

  • Nitilqu l-ħażen biex induru lejn Alla f'ubbiddjenza ta' wlied u lejn ħutna f'imħabba li taf tgħin u taqdi. Huwa żmien li fih noffru lilna nfusna ma' Kristu f'sagrifiċċju ta' mħabba lejn Alla u lejn xulxin.

  • Ngħixu d-dmirijiet tal-ħajja ġdida li rċivejna fil-magħmudia. Bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, ngħixu l-ħajja ta' Kristu Rxoxt, għall-glorja tal-Missier.

sorż: Missalin

Punti għad-Djarju tiegħek :

  • L-Erbgħa 6 ta' Marzu : Ras ir-Randan. Obbligu tas-Sawm u Astinenza. Fis-6.00pm Għasar. Fis-6.30pm Quddiesa tal-Erbgħa tal-Irmied iċċelebrata minn P. Martin Micallef OFM Cap u l-Kleru Parrokkjali. P. Martin jaqsam magħna riflessjoni fuq iż-żmien qaddis tar-Randan u l-importanza tiegħu għan-Nisrani. Fil-quddies kollu tal-jum jitqiegħed l-irmied fuq dawk preżenti.
  • Kull nhar ta’ Sibt matul ir-Randan, isir l-Għasar qabel il-quddiesa tas-6.30pm.
  • Kull nhar ta' Erbgħa u nhar ta' Ġimgħa fis-6.00pm, fil-Knisja nitolbu l-Via Sagra flimkien.
  • Il-Ħamis, 11 ta’ April, Lejlet il-festa tal-Madonna tad-Duluri
    6.30 pm  Quddiesa
    7.00 pm  “Il-Mara tat-Tbatija” – Meditazzjonijiet dwar is-seba’ mumenti ta’ dulur f’ħajjet il-Madonna.  Fil-knisja jkun hemm saċerdoti disponibbli għall-qrar. Wara l-velja, il-knisja tibqa’ miftuħa għal talb privat u servizz ta’ qrar.  
  • Il-Ġimgħa 12 ta' April : Festa tal-Madonna tad-Duluri
    Quddies fis-6.00 am, 7.30 am u f'nofs inhar li tkun bis-sehem tat-tfal tal-iskola Primarja.
    5.30 pm Quddiesa
    6.20 pm Purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tad-Duluri li tgħaddi minn dawn it-toroq: Misraħ Ġuże’ Abela, Għar Bittija, Ġuże’ Ebejer, Lemħet Filfla, ix-Xefaq, l-Irdum, il-Kbira u l-Parroċċa.
    7.30 pm  Quddiesa
  • Il-Ħadd 14 ta' April : Ħadd il-Palm.
  • It-Tnejn 15 ta' April : Festa tas-Salib Imqaddes.
  • It-Tlieta 16 ta' April : Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla.
  • L-Erbgħa 17 ta' April : Parteċipazzjoni fil-Via Sagra nazzjonali li tiġi organizzata mid-Djoċesi.
  • Ħamis ix-Xirka, 18 ta' April : Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni fis-6.30pm. Viżti Organizzati.
  • Il-Ġimgħa l-Kbira, 19 ta' April. Obbligu tas-Sawm u Astinenza. Adorazzjoni tas-Salib fit-3.00pm.
  • Sibt il-Għid, 20 ta' April : Quddiesa solenni tal-Vġili tal-Għid il-Kbir.
  • L-Għid il-Kbir, il-Ħadd 21 ta' April.

Eżerċizzi
Quddies għaż-Żgħażagħ

Riżorsi għal matul ir-Randan

Il-Qari tal-Quddies fl-Erbgħa tal-Irmied u fil-Ħdud tar-Randan