Home Contact
 
Talb
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Talb ghall-Pajjizi Gharab

Bħala Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex irridu ningħaqdu ma’ bosta persuni, familji u mexxejja reliġjużi u ċivili fid-dinja kollha u f’pajjiżna biex pubblikament nuru l-preokkupazzjoni tagħna għas-sitwazzjoni gravi kif żvolġiet f’xi pajjiżi Għarab.

Nifhmu li skont ir-raġuni u skont it-tagħlim soċjali tal-Knisja, ma jistax ikollok paċi u progress mingħajr ġustizzja.
Għalhekk inħeġġu lill-Insara Maltin biex inressqu t-talb tagħna lill-Mulej, Missier tajjeb ta’ kulħadd, biex jagħti l-għerf meħtieġ lil kull min hu b’xi mod responsabbli, ħalli tieqaf kull xorta ta’ vjolenza u nġustizzja biex isaltnu l-vera paċi u sliem.

Nirrikmandaw li :

•    Fil-quddies kollu, sakemm is-sitwazzjoni titjieb, tiżdied invokazzjoni għal dan il-għan;
•    L-Adorazzjoni Ewkaristika li ssir matul din il-ġimgħa, issir b’din l-intenzjoni;
•    Bħala poplu ta’ Alla, kif dejjem għamilna, inkunu lesti noffru s-solidarjeta` konkreta kif inkunu mitluba, lil dawn ħutna fil-bżonn.

Pawlu Cremona O.P.
Arċisqof ta’ Malta

Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Annetto Depasquale
Vigarju Ġenerali

 



Appell mill-Isqfijiet ghat-Talb ghall-Vittmi fil-Gappun

Qalbna tingħafas quddiem it-tbatija ta’ ħutna fil-Ġappun minħabba d-diżastru li seħħ hemm f’dawn il-ġranet bit-terremot qawwi, it-tsunami u bil-periklu ta’ radjazzjoni nuklejari.

Waqt li nerfgħu ħsibijietna lejn Alla fit-talb għal dawk li mietu jew li sfaw midrubin f’dan id-diżastru, inħossu li għandna niftakru wkoll fit-talb tagħna fil-qraba tagħhom imnikktin minħabba din it-telfa jew tbatija, biex il-Mulej ifarraġhom.

Nitolbu wkoll għal dawk li tilfu djarhom jew propjetà f’din id-diżgrazzja, u għal dawk li kellhom jitilqu minn djarhom.

Ngħollu t-talb tagħna lejn il-Mulej biex jagħti s-saħħa u jgħin lil dawk li qegħdin jipprovdu l-għajnuna lil dawn ħutna.

Pawlu Cremona O.P.
Arċisqof ta’ Malta

Mario Grech
Isqof ta’ Għawdex

Annetto Depasquale
Vigarju Ġenerali