Home Contact
 
Talb
Numri t'Emergenza
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   
Tista’ ċċempel kull wieħed minn dawn in-numri dirett, mingħajr il-bżonn ta’ operator.
Il-linji huma disponibbli 24 siegħa kulljum, mit-Tnejn sal-Ħadd.

Ikklikkja fuq kull link li tidher bl-aħmar.

Meta …

… tħossok imdejjaq, ċempel : Ġwanni 14
… tkun dnibt, ċempel Salm 51
… tkun f’riskju jew f'periklu, ċempel Salm 91
… ta’ madwarek naqsuk jew tħossok dipress, ċempel Salm 27
… tħoss li Alla huwa l-bod minnek, ċempel  Salm 139
il-fidi tiegħek għandha bżonn spinta ‘l quddiem, ċempel Lhud 11
… tħossok waħdek u mbeżża, ċempel Salm 23
… tħossok inkwetat, ċempel Mattew 8 : 19-34
… tkun imweġġa u fraġli, ċempel I Korintin, 13
… jiġuk dubji dwar li inti Nisrani, ċempel II Korintin, 5: 15-18
… tħossok imwarrab, ċempel Rumani 8: 31-39
… qed tfittex il-paċi, ċempel Mattew 11: 25-30
… tħoss li d-dinja ta’ madwarek hija akbar minn Alla nnifsu, ċempel Salm 90
… għandek bżonn lil Kristu bħala assigurazzjoni tiegħek, ċempel Rumani 8: 1-30
… se titlaq mid-dar fuq mawra, ċempel Salm 121
… qed titlob għalik innifsek, ċempel Salm 87
… għandek bżonn tagħmel kuraġġ quddiem xi biċċa xogħol iebsa, ċempel Ġożwe' 1
sitwazzjonijiet finanzjarji qed jimlew il-ħsibijiet kollha tiegħek, ċempel Mark 10: 17-31
… il-kont tal-bank tiegħek vojt, ċempel Salm 37
… għandek id-dubju jekk id-divorzju hux is-soluzzjoni ġusta, ċempel Mark 10: 1-12
titlef kull fiduċja fil-bniedem, ċempel I Korintin, 13
… tħoss li ma’ baqalekx ħbieb, ċempel Ġwanni 15
… qed titlef it-tama, ċempel Salm 126
… qed tħoss li d-dinja hija ċkejkna ħdejk, ċempel Salm 19
… tixtieq li l-ħidma tiegħek tagħti l-frott, ċempel Ġwanni 15
… tixtieq issir taf is-sigriet għall-ferħ skond San Pawl, ċempel Kolossin 3: 12-17
… iffaċċjat b’xi opportunita’ jew skoperta kbira, ċempel Isaija 55
… tixtieq li tmur aħjar mal-oħrajn, ċempel Rumani 12
… għaddej minn mument ta’ biża f’ħajtek, ċempel Salm 47
… għandek bżonn issib sigurta’ f’ħajtek, ċempel Salm 121: 3
… qed tfittex l-assigurazzjoni tiegħek innifsek, ċempel Mark 8: 35
… għandek bżonn tqawwi qalbek, ċempel Salm 145: 18


Itma’ l-fidi tiegħek, u d-dubju jmut bil-ġuħ.