Home Contact
 
Talb
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Il-Milied fil-Parrocca Taghna

Stedina lil Ġesu' Bambin

  1. B'qalb imħeġġa, b'qalb nadifa
    Nersqu nqimu lil Bambin.
    Fit-twelid imqaddes Tiegħu
    F'dan il-ġranet hekk ħelwin.
    Ma' Ġużeppi u ma' Marija
    Minn Ġesu' niġu mberkin.

  2. Verb Divin li sa minn dejjem
    Mill-Missier imnissel ġejt,
    Nistqarruk li int dak Alla
    Li b'kull ġid id-dinja mlejt.
    Int imlielna l-qlub b'imħabbtek
    Li tant għana lilna offrejt.

  3. Ġejt imwiegħed Int mis-Sema
    Wisq minn kmieni lill-bnedmin.
    kont il-ferħtal-Patrijarki
    Sa mill-ġranet ewlenin.
    Liln'Int henni, wettaq fina
    Il-wegħdiet Tiegħek ħelwin.

  4. Wieħed, wieħed il-Profeti
    B'ħeġġa kbira hekk ħabbruk,
    imqanqlin huma mis-Sema,
    Qatt m'hedew lilna jgħarrfuk.
    Sabiex dan ikun ġid tagħna
    bil-qalb kollh'aħna nwegħduk.

  5. Ix-xewqat tat-tajbin kollha,
    Qanqlu fis l-aħbarijiet,
    Il-qlub kollha lejl ittajjru,
    Stednuk tinżel mis-Smewwiet.
    Inżel mela fil-qlub tagħna
    tagħhom lejk erfa' l-ġibdiet.

  6. Meta kellek tinżel fostna
    W'hekk 'l uliedek Int issib.
    Anġlu ħabbar lil Marija
    Biex fil-ġuf Lilek iġġib.
    Idħol Int ukoll fi qlubna
    Nixtiquk dejjem fil-qrib.

  7. B'dik il-kelma ta' Marija
    Ġie mitmum misteru kbir,
    Int sirt bniedem u bqajt Alla
    Biex il-bniedem Alla jsir.
    Deh, għall-ġid tal-Fidwa Tiegħek
    Tfittex qalbna Lejk ittir.

  8. Sa mill-ġuf t'Ommok Marija
    Opri kbar Inti komplejt,
    Il-ġid kbir li ġibt mis-Sema,
    Lill-bnedmin fittixt urejt.
    Urih lilna u bih għanina
    Kif lid-dinj'Int bih għanejt.

  9. F'nofs ta' lejl u f'għar imsejken
    Ġewwa Betlem Int twelidt.
    Ferħet l-art, feraħ is-Sema,
    Għaliex kollox Int ġeddidt.
    Aħna wkoll nifirħu w nilqgħu
    Dik il-barka l'Int xerrdit.

  10. F'ġieħ Ġużeppi w f'ġieħ Marija
    Ir-rgħajja u l-anġli tawk,
    Sa mill-bgħid għall-kewkba tiddi
    Ġew il-Maġi jadurawk.
    Fit-twelid Tiegħek nifirħu
    Biex ħanin Ġesu' narawk.