Home Contact
 
Talb
Kurunella
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Stedina ta' Ferħ u Talb

Il-Kurunella tingħad kulljum fil-jiem tal-Kwindiċina li tkun iċċelebrata qabel il-festa solenni tat-Tlugħ fis-Sema ta' Ommna Sidtna Marija; għalhekk il-Kurunella fiha 15-il strofa. Fl-antik, meta ma' kienitx tkun iċċelebrata quddiesa fil-għaxija, il-kongregazzjoni xorta waħda kienet tiltaqa' fil-Knisja għar-reċita' tar-Rużarju Mqaddes. Fil-jiem tal-festa mbagħad, b'mod partikolari fil-Kwindiċina, kienet tingħad ukoll il-Kurunella sħiħa kulljum. Il-Barka Sagramentali kienet tagħlaq din il-ġabra ta' talb.

Kullħadd hieni lsienu jħoll
U 'l Marija nfaħħru lkoll,
Għax fis-sema l-Anġli wkoll
Illum jidhru ferħanin.
     Ir-rebħ kbir ta' dir-Reġina
     Bil-wisq ħelwa u ħanina,
     Għandu l-ferħ inissel fina
     Li jagħmilna imberkin.

1. Nifirħulek O Marija
Għax maħluqa ġejt bla ħtija;
Grazzja lilek biss mogħtija
Fost in-nisel ta' Adam.
     Lilna wliedek midinbin
     Għax bil-ħtija imnisslin,
     Tħallix iżjed midfunin
     Qalb il-ħażen, qalb it-trab.

Sliema / Qaddisa

Ġakolatorja
O Marija wisq grazzjuża
Inti l-Omm, i-iżjed glorjuża,
Inti l-Bint, inti l-Għarusa
Ta' l-Imqaddsa Trinita'.
     Mela lilek, O Marija,
     Aħna nagħtu dil-foħrija,
     Sabiex miegħek imhennija,
     Ingawduk fl-eternita'.

2. O Marija nifirħulek
Għaliex smajtna insejħulek,
Meta l-Anġli ġew sellmulek
Dakinhar li int twelidt.
     Deh ! illum fittex ismagħna
     Omm ħanina, Omm setgħana,
     Sabiex ruħna wkoll tistagħna
     B'dak il-hena l-int ġibt.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

3. Ġewwa t-tempju ppreżentata
mill-Omm tiegħek ixxurtjata,
inti kont diġa' beata
u mogħnija b'kull virtu'.
     Biex ħdejn Alla fis nittajru
     U ma nħobbu 'l ħadd ħlief għajru,
     Aqilgħalna li nitħajru
     Nagħmlu bħalek, Omm Ġesu'.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

4. Ebda biża' ma fadallek,
meta l-anġlu ġie wassallek
Dik l-aħbar li fiha qallek;
Tibqa' xebba u ssir Omm.
     Dik il-grazzja wisq prezzjuża,
     Li għamlitek wisq glorjuża,
     Lilna qassam ġeneruża
     Nitolbuk bil-qalb u l-fomm.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

5. Ma' qaribtek mort tithenna
u l-ferħ f'qalbek hemm ittenna,
Għaliex saret donnha ġenna
F'daqqa waħda dik id-dar.
     Magħna ġedded din iż-żjara,
     Nitolbuk ilkoll bil-ħrara;
     Lilna farraġ meta tara
     Li ninsabu qalb l-imrar.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

6. Meta ibnek iben t'Alla
Deher fid-dinja bħal qawsalla,
Ġewwa Betlem lilek ħalla
l-ewwel waħda tifraħ bih.
     Minnufih qalbek imtliet
     B'hena kbira li għaddiet
     Lil tal-Anġli li fl-art ġiet
     Kant issemma' wisq sabiħ.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

7. X'ferħa kellek, O Marija,
Meta nhar l-Epifanija,
ġew iqimu lill-Messija
it-tliet slaten minn ġol-Lvant.
     Aħna wkoll biex inferrħuk
     U ma' Ibnek inħobbuk,
     Li tilqag]na nitolbuk,
     Waqt li tisma' dan il-kant.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

8. Il-ferħ tiegħek min ifisser
Meta Xmun fit-tempju lissen
Dak li kellu l-għadu jkisser
l-iben tiegħek, Salvatur.
     Ġaladarba biex jifdina
     l-Iben tiegħek miet għalina
     inti fittex illi fina
     dan il-ġid jitwettaq żgur.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

9. Ġewwa t-tempju mad-dutturi
il-għerf tiegħu qiegħed juri,
'l Ibnek sibt wara d-duluri
l-iżjed ħorox li ġarrabt.
     Jekk qatt aħna nitilfuh,
     Int ħajjarna infittxuh;
     ġewwa ħdanek insibuh,
     li għalina dejjem tlabt.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

10. Il-ferħ tiegħek min jaf bih
Meta rajt mill-mewt rebbieħ,
Kollu dija u sabiħ,
l-Iben tieg]ek li tant bkejt.
     Ħajja ġdida aqilgħalna
     biex ma tista' qatt taħfinna
     dik il-mewta li jġib fina,
     l-għadu kiefer l'int inkejt.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

11. X'ferħ kien tiegħek, O Marija,
Meta 'l Ibnek fost id-dija
Tal-Missier fil-leminija
Ilmaħt tiela minn din l-art.
     Sabiex miegħu ittellagħana,
     Omm ħanina u setgħana,
     Bit-talb tiegħek ieqaf magħna,
     Aħna wliedek l'inti ħtart.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

12. Fraħt ukoll f'Għif il-Ħamsin
X'ħin l-Appostli mistagħġbin,
Fiċ-Ċenaklu miġburin,
Fuqhom rajt l-ilsna tan-nar.
     Itlob 'l Alla jkebbisna
     B'dan in-nar ħalli jlibbisna
     Bil-qdusija, u jgħassisna
     Mill-għedewwa lejl u nhar.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

13. Ferħ li bħalu qatt ma' kien
u li xtered kullimkien,
Meta s-sema tlajt flimkien
Kemm bil-ġisem u bir-ruħ.
     Minn did-dinja fittex ħollna,
     Biex ix-xorti jista' jkollna
     Li naraw lil Alla kollna
     U għal dejjem ingawduh.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

14. All lilek għoġbu jagħti,
l-ogħla tron fost il-beati,
u fuq l-Anġli xxurtjati,
għax Sultana inti sirt.
     Mit-tron tiegħek ħares lejna
     Li quddiemek aħna ġejna
     Nifirħulek għax imżejna
     Int bil-ġmiel tas-sema dhirt.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

15. X'ħin rebbieħa s-sema tlajt
l-ikbar qima mmeritajt,
għaliex dak li lilna tajt
qiegħed ħdejk fuq il-lemin.
     Għalhekk aħna inberkuk
     U bil-ħerqa nitolbuk
     Biex fin-naħa tax-xellug
     Le ma niġu mitfugħin.

Sliema / Qaddisa / Ġakolatorja

Salve Reġina