Home Contact
 
Talb
It-Triq tas-Salib
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

Talba tal-Bidu
Fil-Knisja wieħed imur quddiem is-Sagrament u jibda l-Via Sagra bit-Talba li ġejja. għalkemm wieħed ikun id-dar tajjeb li jibda wkoll biha :

Kif ninsabu għarkubbtejna quddiem Ġesu' Sagramentat, nadurawh bil-qalb kollha u nagħmlu l-attijiet.
Mulejja, nemmen fik, kollok verita’.
Mulejja, nitma fik, kollok ħniena.
Mulejja, inhobbok fuq kollox, kollok imħabba.
Mulejja, nindem għax regħxtek u offendejtek, kollok tjieba.
Mulejja, inqaddes ruhi bis-Sagramenti Tiegħek, kollok qdusija.

Insieħbu lil Sidna Ġesu' fil-vjaġġ li għamel mingħand Pilatu sal-Kalvarju, mgħobbi s-salib, u nitolbuh li jheġġeġ il-qalb tagħna bin-nar ta’ l-imħabba Tiegħu u jagħtina d-dawl biex nagħrfu nimmdeditaw it-tbatija u l-mewt Tiegħu. Nitolbu għall-Knisja Mqaddsa, għall-paċi tal-midinbin, għall-perseveranza tat-tajbin, għall-proxxmu tagħna kollu, għall-familja u għas-suffraġju ta’ l-erwieħ tal-Purgatorju.

Fl-Isem tal-Missier u tal-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Nadurawk o Ġesu' u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 
L-Ewwel StazzjonL-Ewwel Stazzjon
Nikkunsidraw fl-ewwel stazzjon meta Sidna Ġesu' Kristu kien ikkundannat għall-mewt bla ħtija.


Pilatu qalilhom - X'nagħmel b'Ġesu', dak li jgħidulu l-Messija?" "Sallbu!" għajtu f'daqqa. Pilatu ħasel idejh quddiem il-folla filwaqt li stqarr, "Jien innoċenti minn dan id-demm ta' dan il-bniedem ġust. Ir-responsabilta' taqa' fuqkom." Mt 27:22,24

Nitolbuk Ġesu', għall-merti tad-disprezz li għamlulek u għall-umilta’ Tiegħek li ridt tirċievi s-sentenza tal-mewt, tirxoxta r-ruh tagħna mill-mewt tad-dnub u teħlisna mill-qilla tal-ħaqq Tiegħek.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 
It-Tieni StazzjonIt-Tieni Stazzjon
Nikkunsidraw fit-tieni stazzjon, meta lil Sidna Ġesu' pprezentawlu s-Salib u Ġesu' għall-imħabba li jġibilna aċċettah bil-ħlewwa.


Ġesu' kien imġgħiel jerfa' s-salib u kien immexxi filwaqt li kien iġorr is-salib waħdu, mar fil-post magħruf bħala l-Qorriegħa, bil-Lhudi Golgota. Ġw 19:16,17

Nitolbuk Ġesu, għall-merti ta’ dan l-istazzjon, agħtina l-grazzja li naċċettaw bil-ferħ l-hemm u s-slaleb li tibgħatilna marbutin mal-volonta’ Tiegħek.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
It-Tielet StazzjonIt-Tielet Stazzjon
Nikkunsidraw fit-tielet stazzjon, meta Sidna Ġesu' kien tiela’ l-Kalvarju u waqa’ għall-ewwel darba għal wiċċu fl-art taħt is-salib.


Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu u jimxi warajja. Min isalva ħajtu jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi isibha.
Mt 16:24-25

Nitolbuk Gesu’, għall-merti ta’ l-ewwel waqa’ Tiegħek, agħtina l-grazzja li qatt ma naqgħu fl-ebda dnub mejjet u lanqas venjal għal ta’ l-apposta.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
Ir-Raba' StazzjonIr-Raba' Stazzjon
Nikkunsidraw fir-raba’ stazzjon, meta Sidna Ġesu' kien tiela’ l-Kalvarju u ltaqa’ ma’ Ommu Marija Santissima u l-Lhud b’kefrija kbira ferrquhom minn xulxin.

Meta ra lil ommu mad-dixxiplu li kien iħobb, Ġesu' qal lil ommu, "Mara ara ibnek." Filwaqt li qal lid-dixxiplu, "Ara Ommok". Ġw 19:26-27

Nitolbuk Ġesu', għal dan id-dulur, agħtina l-grazzja li ġurnata magħkom niltaqgħu fil-glorja tal-Ġenna.
Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 
Il-Ħames StazzjonIl-Ħames Stazzjon
Nikkunsidraw fil-ħames stazzjon, meta Sidna Ġesu' kien tiela l-Kalvarju u ġie mgħejjun minn Xmun iċ-Ċirinew jerfa’ s-salib.


U qabbdu lil Xmun iċ-Ċirinew li kien ġej mill-għalqa sabiex iġorr l-għuda. Huma poġġewh wara Ġesu' sabiex jgħinu jġorr is-salib. Lq 23:26

Nitolbuk Ġesu' għall-merti ta’ dan il-vjaġġ ta’ tant tbatija, agħtina l-għajnuna biex ngħaddu ’l quddiem fil-għemil it-tajjeb u fih nipperseveraw sa l-aħħar.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 
Is-Sitt StazzjonIs-Sitt Stazzjon
Nikkunsidraw fis-sitt stazzjon meta Sidna Ġesu' Kristu kien tiela l-Kalvarju u ltaqa’ mal-Veronika, li resqet ixxuttat il-Wiċċ Imqaddes Tiegħu, u Ġesu' ħalla x-xbiha Tiegħu fil-velu tagħha għat-tifkira tagħna.

Ħafna nisa baqgħu iħarsu mill-bogħod. Kienu mxew wara Ġesu' sa mill-Galilea sabiex jgħinuh fil-bżonnijiet tiegħu. Mt 27:55

Nitolbuk Ġesu', għall-merti tal-għaraq u d-demm Tiegħek, stampa f’qalbna l-passjoni u l-mewt Tiegħek, biex ikollna l-qawwa li negħlbu l-għedewwa kollha tagħna.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
Is-Seba' StazzjonIs-Seba' Stazzjon
Nikkunsidraw fis-seba’ stazzjon meta Sidna Ġesu' kien tiela’ l-Kalvarju u waqa’ għat-tieni darba għal wiċċu fl-art taħt is-salib.

Ġesu' qal, "Ġerusalemm, Ġerusalemm, int li toqtol il-profeti u tħaġġar il-profeti li kienu mibgħuta lilek! Kemm-il darba xtaqt niġbor lil uliedek bħalma l-qroqqa tiġbor il-flieles tagħha, u int ma ridtx." Mt 23:37

Nitolbuk Ġesu', għall-merti tat-tbatija li batejt taħt is-salib, agħtina l-grazzja li dejjem noħorġu rebbiħin mit-tiġrif kollu tal-ġisem, tad-dinja u tal-għadu bħalma wegħdniek fil-magħmudija.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
It-Tminn StazzjonIt-Tminn Stazzjon
Nikkunsidraw fit-tminn stazzjon meta Sidna Ġesu' Kristu kien tiela’ l-Kalvarju u ltaqa’ man-nisa ta’ Ġerusalemm u kif bdew jitħasruh u jibkuh, Ġesu' qalilhom: “La tibkux lili, ibku lilkom u ’l uliedkom”.

Folla kbira segwitu, anki n-nisa li kienu jagħtu fuq sidirhom u bkew għalih. Ġesu' dar lejhom u qalilhom: "Bniet ta' Ġerusalemm, tibkux lili. Ibku lilkom u lil uliedkom." Lk 23:27-28

Nitolbuk Ġesu', għall-merti ta’ din il-moħqrija li siltet id-dmugħ, agħtina l-grazzja li nibku l-iżbalji tagħna tal-imgħoddi u għal li ġej ngħixu ħajja li biha nagħtu gost u glorja Lilek.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 

Id-Disa' StazzjonId-Disa' Stazzjon
Nikkunsidraw fid-disa’ stazzjon, meta Sidna Ġesu' kien tiela l-Kalvarju u waqa’ għat-tielet darba, għal wiċċu fl-art taħt is-salib.


Ġesu' qal, "Ngħidilkom is-sewwa, li jekk il-qamħa ma taqax fl-art u tmut, hija tibqa' sempliċi qamħa. Imma jekk tmut hija tagħmel ħafna frott." Ġw 12:24

Nitolbuk Ġesu', għall-merti tad-debulizza li ġarrabt taħt is-salib, ikkonfortana fid-debulizzi tagħna u agħtina l-grazzja li qatt ma nżidu noffenduk.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 
L-Ghaxar StazzjonL-Għaxar Stazzjon
Nikkunsidraw fl-għaxar stazzjon meta Sidna Ġesu' wasal fuq il-Kalvarju u l-Lhud qabdu fih u neżżgħuh il-libsa li kienet imwaħħla mal-pjagi tal-ġisem imqaddes Tiegħu.

Ħadu l-ilbies tiegħu u qassmuh f'erba', sehem lil kull wieħed minnhom. Kien hemm ukoll it-tunika, din kienet libsa bla ħjata minsuġa minn fuq s'isfel. Ġw 19:23
Nitolbuk Ġesu', għall-merti ta’ din it-tbatija, neżżgħana mill-frugħa, mill-imħabba ħażina tagħna nfusna u mill-pjaċiri tad-dinja u libbisna bl-umilta’ u bil-qdusija.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
Il-Hdax-il StazzjonIl-Ħdax-il Stazzjon
Nikkunsidraw fil-ħdax-il stazzjon meta lil Sidna Ġesu' kkmandawh jimtedd fuq is-salib u Ġesu’ obda sakemm sammruh bl-imsiemer għal dnubietna.


Meta ġew għall-qorriegħa, kif kienet magħrufa, huma sallbuh hemm flimkien mal-kriminali, wieħed fuq ix-xellug u wieħed fuq il-lemin tiegħu. Ġesu' qal, "Missier aħfrilhom għax ma jafux x'qegħdin jagħmlu." Lq 23:33-34

Nitolbuk Gesu’, ghall-merti ta’ l-ubbidjenza Tieghek, aghtina l-grazzja li nkunu dejjem ubbidjenti f’dak kollu li hu ghall-glorja Tieghek.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
It-Tnax-il StazzjonIt-Tnax-il Stazzjon
Nikkunsidraw fit-tnax-il stazzjon, meta Sidna Ġesu' għollewh mislub bejn żewġ ħallelin u wara tliet sigħat ta’ agunija Ġesu' miet fuq is-salib.


Minn nofsinhar il-quddiem, kien hemm dalma kbira fuq l-art sad-disgħa siegħa. F'dak il-ħin Ġesu' għajjat b'leħen għoli, "Eli, Eli, lema sabaqtani?" jiġifieri, "Alla tiegħi Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?" Għal darb'oħra Ġesu' reġa' għajjat u radd ruħu. Mt 27:45-46,50

Nitolbuk Ġesu', għall-merti ta’ l-agunija u l-mewt Tiegħek, agħtina l-grazzja li mmutu għad-dinja u għalina nfusna biex inkunu kollna Tiegħek u nagħmlu mewta tajba bħalma għamel il-ħalliel it-tajjeb.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
It-Tlettax-il StazzjonIt-Tlettax-il Stazzjon
Nikkunsidraw fit-tlettax-il stazzjon, meta lil Sidna Ġesu' niżżluh mis-salib u qegħduh fi ħdan ta’ Ommu Marija Santissima.


Wara, Ġużeppi ta' Arimatea, dixxiplu ta' Ġesu' talab il-permess lil Pilatu sabiex ineħħi l-ġisem ta' Ġesu'. Pilatu tah il-permess, għalhekk ġew u ħaduh. Ġw 19:38

Nitolbuk Marija Santissima, għall-merti tad-duluri Tiegħek, itlob għalina u aqlgħalna s-sogħba u l-indiema perfetta ta’ dnubietna u l-perseveranza sa l-aħħar fil-grazzja ta’ Ibnek Ġesu'.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.
 
L-Erbatax-il StazzjonL-Erbatax-il Stazzjon
Nikkunsidraw fl-erbatax-il stazzjon, meta lil Sidna Ġesu' ħaduh minn ħdan Ommu Marija Santissima u difnuħ f’qabar ġdid.


Huma ħadu l-ġisem ta' Ġesu' u kebbuh bil-faxex ta' l-għażel bil-fwejjaħ, kif soltu jagħmlu l-Lhud qabel id-difna. Fil-post fejn kien msallab kien hemm ġnien. F'dan il-ġnien kien hemm qabar ġdid li fih kien għadu ma tqiegħed ħadd. Hemm qiegħdu lil Ġesu' għax kien Jum it-Tħejjija, u għax il-qabar kien fil-qrib. Ġw 19:40-42

Nitolbuk Ġesu', għall-merti tal-mewt u d-difna Tiegħek, agħtina l-grazzja li nġeddu ħajja ġdida b’qalb safja u sinċiera u li spiss nirċevuk Sagramentalment fis-sider tagħna biex ruħna dejjem tgħix fil-grazzja Tiegħek.

Missierna …, Sliema …, Glorja ….

Imbierka l-passjoni u l-mewt ta’ Sidna Ġesu'. Mulejja ħenn għalina u l-maħfra ta’ dnubietna agħtina.
Nadurawk o Ġesu u nberkuk għax b’salibek u l-qawmien Tiegħek inti fdejtna.

 

Talba tal-Għeluq

Nirringrazzjaw ’l Alla bil-qalb kollha minn kemm grazzji u ġid għamlilna matul ħajjitna u li għamilna din il-Via Sagra għall-glorja Tiegħu.

Missierna …, Sliema …, Glorja (għal ħames darbiet) f’ġieħ il-ħames pjagi ta’ Sidna Ġesu'.

Missierna …, Sliema …, Glorja …, (skond il-fehma tal-Papa biex nirbħu l-indulgenzi).

Salve Regina … (f’ġieħ id-duluri ta’ Marija Santissima).

Missierna … (f’ġieħ il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu').

Sliema … (f’ġieħ il-Maternita’ ta’ Sidtna Marija Verġni).

Missierna …, Sliema …, u
(għal tliet darbiet) Agħtihom O Mulej il-Mistrieħ ta’ Dejjem ... (b’suffraġju lill-erwieħ tal-Purgatorju).

 
L-istampi li jidhru ma' kull stazzjon ta' din it-Triq tas-Salib f'din il-paġna huma pitturi oriġinali ta' Rev. Costantine Mamo OP.