Il-Bibbja hija l-Kelma t’Alla miktuba mill-bniedem. Aktar milli ktieb, il-Bibbja nistgħu insejħulha librerija ta’ kotba. Il-Bibbja hija sagra għax hi l-Kelma t’Alla u l-bnedmin li kitbuha kienu mgħejjuna mill-Ispirtu s-Santu biex jagħmlu dan. Il-kotba tal-Bibbja jissejħu kanoniċi għax approvati mill-Knisja bħala kotba ispirati. Dan ifisser li min kitibhom kellu l-għajnuna speċjali ta’ Alla. Il-Bibbja hi ffurmata minn żewġ testmenti; il-Qadim u l-Ġdid. Il-kelma ‘testment’ hawn tfisser ‘patt’ - il-patt ta’ mħabba li Alla għamel mal-bniedem. It-Testment il-Qadim jitkellem mill-patt ta’ mħabba li Alla għamel mal-poplu Lhudi u jikkonsisti f’47 ktieb. It-Testment il-Ġdid li fih 27 ktieb, jurina li l-patt Alla jagħmlu mal-bnedmin kollha f’ibnu Ġesù. It-Testment il-Qadim inkiteb bil-Lhudi, ħlief għal xi eċċezjonijiet żgħar, waqt li l-ġdid inkiteb bil-Grieg. sorż - Sem. Samuel Grech
Ikklikkja fuq l-isem tal-ktieb li trid f'din il-lista biex taqra' t-test sħiħ tiegħu.
|