Home Contact
 
Talb
Kardinal Hume
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   

George Basil Hume, OSB, OM (2 ta’ Marzu 1923 - 17 ta’ Ġunju 1999) kien Kardinal Ingliż tal-Knisja Kattolika. Huwa serva bħala Arċisqof ta’ Westminster mill-1976 u President tal-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales mill-1979 sakemm miet. Kien elevat Kardinal fl-1976. Ir-rispett kbir li kien igawdi l-Kardinal Hume kien imur lill-hinn mill-kommunita’ Kattolika. Kien bniedem ta’ umilta’ kbira u qdusija, u l-kitbiet tiegħu imissu l-qalb ta’ kull min jaqrahom.

"Xi ftit tas-snin ilu, fil-belt Taljana ta' Frascati, tifel żgħir ta' xi tliet jew erba' snin, waqa' f'bokka fonda ta' minjiera u weħel ġo fiha nofs triq. Kienu ħafna li ħadmu qatiegħ lejl u nhar biex jilħqu lit-tifel, imħeġġa fl-isforzi tagħhom mill-biki tat-tifel li kien jidwi mal-madwar. Waqt dan kollu, omm it-tifel baqgħet hemm ħdejn il-bokka, mifnija u mbikkma. Iżda l-biki tat-tifel beda' aktar ma jmur isir dgħajjef. In-nies stennew bit-tama. Id-dinja kollha waqfet tistenna bit-tama, issegwi din il-ġrajja mill-aħbarijiet. It-tifel miet.

Mal-mewt ta' dak it-tifel ċkejken ħassejt ġewwa fija xi ħaġa kważi tmut - it-tama tiegħi fl'imħabba u t-tjubija t'Alla ...

M'hemm l-ebda risposta lesta. Il-misteru ta' Alla huwa wisq kbir biex nifmuh, moħħna wisq żgħir, wisq limitat biex jifhem it-triqat tal-Mulej. Iżda jien ma nistax niddubita mill-imħabba li Alla għandu għal kull persuna, imħabba ħerqana, intima u vera. Jien nittama fil-Mulej, anke meta' l-moħħ uman tiegħi jgħidli mod ieħor ...

Jekk inti xi darba ħassejtek mitluf u waħdek, anke Kristu ħassu hekk. U xi ħsibijiet kellha Ommu hekk kif wieqfa kienet taħt is-salib, imbikkija u mnikkta? Iżda hi qasmet ma' binha t-tbatija kiefra. Ħarset. Stenniet. U Ġesu' miet. Hija iebsa nifmhu t-tbatija li tgħaddi minnha dik l-omm meta tara l-uliedha jmutu."

 

"Il-biża jiġi meta aħna ma nkunux nistgħu naraw ħelsien mid-dlamijiet li jiċċirkondawna, meta ma naraw ebda xaqq ta' dawl. Il-biża hu bin id-disperazzjoni, u hu ikrah u kattiv. Imma meta l-biża jaħkimna, titwieled it-tama. Id-dlamijiet iċedu għad-dawl. Twieled Salvatur, il-Mulej Kristu nnifsu, għaliex 'Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem."

"Hija ħasra li ħafna nies ma jafux wara l-mewt x’hemm lest għalihom : mument qawwi ta’ mħabba ntensa li ma jintemm qatt u li ġaladarba nibdew ingawdu minn dan il-mument, ma niġu qatt imċaħħda minnu. Huwa dan il-ħsieb sabiħ ta’ din il-wegħda li ttina l-konsolazzjoni fil-ħin meta nġarrbu t-telfa ta’ qraba tagħna, ta’ xi ħabib jew kollega, hekk kif ħafna minna diġa esperjenzaw. Fit-tradizzjoni Kattolika aħna nitolbu għal mejtin tagħna. Għaliex nagħmlu dan? Għaliex biex tersaq quddiem Alla, li tkun fil-preżenza ta’ Alla, hija stat ta’ emozzjoni qawwija u ntensa, u mingħajr ma’ rridu nħossuna li m’aħniex denji ta’ dan. Jien għalhekk nifraħ fit-tagħlim tal-Knisja dwar il-Purgatorju, dak l-istat li fih ir-ruh tagħna tiġi ppurifikata u ppreparata biex finalment tidħol fil-preżenza ta’ Alla. Dan huwa t-twemmin tagħna. U meta nitolbu għal dawk li telqu qabilna u li qegħdin jistennew l-aħħar vjaġġ tagħhom lejn il-ġenna, inkunu qed ngħinuhom jippurifikaw ruhom biex jidħlu quddiem Alla għall-eternita’."