Home Contact
 
Talb
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   
L-Ewwel Misteru tal-FerħL-Ewwel Misteru tal-Ferħ
Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla.

 
Fis-sitt xahar, Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belt tal-Galilija, jisimha Nażaret, għand xebba, mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi mid-dar ta’ David. Dix-xebba kien jisimha Marija. 
L-anġlu daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”
Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem u bdiet taħseb bejnha u bejn riħha x’setgħet qatt tfisser din it-tislima.  Iżda l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax inti sibt grazzja quddiem Alla.  Ara, inti se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.  Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli.  Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb, u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.”
Iżda Marija qalet lill-anġlu: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?”  Wieġeb  l-anġlu u qalilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek, u qawwa ta’ l-Għoli tixħet id-dell tagħha fuqek. U għalhekk dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla. Ara, il-qariba tiegħek Eliżabetta, fi xjuħitha, hi wkoll nisslet iben fil-ġuf, u ġa għandha sitt xhur dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal, għax għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.”
Imbagħad qalet Marija: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej. Ħa jsir minni skond kelmtek!”  U l-anġlu telaq minn quddiemha.
Luqa 1:26-38  
 
It-Tieni Misteru tal-FerħIt-Tieni Misteru tal-Ferħ
Meta Marija marret iżżur lill-qariba tagħha Eliżabetta.

 
F’dawk il-ġranet, Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija.  Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliużabetta.  Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Mbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!  U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi?  Għax ara, malli smajt f’widnejja f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ.  Iva, ħienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej!”
Mbagħad qalet Marija: “Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi, għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.  Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjaħli hienja, għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.  Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.  Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom. Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom u għolla ċ-ċkejknin.  Mela b’kull-ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħthom ‘il barra b’xejn.  Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu, bħalma wiegħed lil missirijietna b’risq Abraham u nislu għal dejjem.”
Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.
Luqa 2:39-56 
 
It-Tielet Misteru tal-FerħIt-Tielet Misteru tal-Ferħ
Meta Sidna Ġesú Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem.

 
F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha.  Dan kien l-ewwel sar meta Kirinu kien Gvernatur tas-Sirja.  Ukulħadd mar biex jinkiteb, kull wieħed fil-belt tiegħu.  Ġużeppi wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret, u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem – għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David – biex jinkiteb flimkien ma’ Marija l-għarusa tiegħu, li kienet tqila.
Ġara li meta kienu hemm, Marija għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura, għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.
Luqa 2:1-7  ara wkoll 8-21 
 
Ir-Raba' Misteru tal-FerħIr-Raba' Misteru tal-Ferħ
Meta Marija ppreżentat lill-binha Ġesú fit-Tempju.

 
Wara li għalqilhom iż-żmien għall-purifikazzjoni tagħhom skond il-Liġi ta’ Mosè, ħaduh Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, kif hemm miktub fil-Liġi tal-Mulej, li kull tifel li jitwieled l-ewwel jiġi kkonsagrat lill-Mulej, u biex joffru b’sagrifiċċju par gamiem jew żewġ bċiecen, kif jingħad ukoll fil-Liġi ta’ Mosè.
F’Ġerusalemm kien hemm wieħed jismu Xmun, raġel ġust u taj`jeb, li kien jistenna l-faraġ ta’ Iżrael u li kellu l-Ispirtu s-Santu fuqu.  L-Ispirtu s-Santu kien nebbħu li ma kienx se jara l-mewt qabel jara l-Messija tal-Mulej.  Mar mela fit-tempju, mqanqal mill-Ispirtu, u xħin il-ġenituri daħlu bit-tarbija Ġesù biex jagħmlulu dak li kienet trid il-Liġi, huwa laqgħu fuq dirgħajh, bierek lil Alla u qal:
“Issa, o Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem, skond kelmtek, għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt għall-popli kollha, dawl biex idawwal il-ġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.
Luqa 2:21-32 ara wkoll 33-40 
 
Il-Ħames Misteru tal-FerħIl-Ħames Misteru tal-Ferħ
Meta Marija tilfet lil binha Ġesú u wara tliet t’ijiem sabitu fit-Tempju jiddiskuti mad-Dutturi.

 
Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesú kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid.  Meta Ġesú kellu tnax-sena telgħu wkoll, skond id-drawwa ta’ dik il-festa.  Wara li għaddew dawk il-ġranet qabdu t-triq lura, imma t-tfajjel Ġesú baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu.  Huma ħasbuh qiegħed ma’ xi wħud li kienu fit-triq magħhom; iżda meta wara jum mixi fittxewh, ma sabuhx, u għalhekk reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.
Wara tliet ijiem sabuh fit-tempju, bil-qiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu.
Kif rawh, nstamtu, u ommu qaltlu: “Ibni, dan għaliex għamiltilna hekk?  Ara missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!”  U hu qalilhom: “Għaliex kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jien għandi nkun f’dak li hu ta’ Missieri?”
Iżda kliemu ma fehmuhx. Mbagħad niżel magħhom u raġa’ mar Nażaret; u kien jobdihom.  U ommu kienet tgħozz f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha. U hekk Ġesù baqa’ jikber fl-għerf, fis-snin u fil-grazzja, quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.
Luqa 2:41-52