Home Contact
 
Djarju tal-Parrocca
Familja
   
   
IL-FAMILJA - Ġawhra Prezzjuza


Ilkoll naqblu li s-suggett FAMILJA huwa wieħed ta' mportanza soċjali kbira f'pajjiżna. Dawk kollha li jemmnu fiż-żwieġ kif dejjem fhimnieh, u speċjalment dawk kollha li jemmnu fiż-żwieġ Nisrani, għandhom ikunu ffurmati u nfurmati dwar kif il-ħajja miżżewġa għadha tista' tkun storja ta' suċċess. Ilkoll għandna d-dover li naħdmu għat-tisħieħ tal-familja, filwaqt li nifhmu s-sinjali tar-realtajiet ta' madwarna. F’din il-paġna ddedikata għall-Familja wieħed isib informazzjoni utli li tista' tkun t'għajnuna fil-ħajja miżżewġa.

MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET WARA R-REFERENDUM DWAR ID-DIVORZJU

Għafas fuq il-links hawn taħt biex taqra' d-dokument.

1. Iż-Żwieġ u l-Familja
2. Il-Leġislazzjoni tad-Divorzju ma Tnaqqasx in-Numru ta' Ko-abitanti
3. L-Effetti fuq l-Ulied
4. Fatti u Figuri f'Malta
5. Bil-Leġiżlazzjoni tad-Divorzju jitkissru aktar żwiġijiet jew le?
6. Il-Private Member's Bill - L-Emendi Ghaliħ

FLIMKIEN GĦALL-ULIEDNA : ittra mill-Moviment Żwieġ bla Divorzju

Divorzju bla Raguni

NOTA DUTTRINALI U PASTORALI LIS-SAĊERDOTI
L-impenn u l-imġieba fir-rigward taż-żwieġ
u l-familja
AQRA HAWN >


L-GĦEJJUN TAL-VERITÀ DWAR IN-NATURA TAŻ-ŻWIEĠ

Omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech
waqt il-Pontifikal ta’ San Girgor fil-Parroċċa ta' Kerċem – Il-Ħadd 13 ta’ Marzu 2011
AQRA HAWN >

Il-Grupp Familji Nsara Sagra Familja qed iniedi l-Premju Joseph Lowell għall-Familja. Din hi s-seba' edizzjoni ta’ dan ir-rikonoxximent li jingħata kull sena lil xi familja jew persuni li jkunu ħadmu volontarjament b’riżq il-familja u taw l-għajnuna u l-ħin tagħhom lill-familji fil-bżonn. Kull familja fil-parroċċa tista’ tinnomina lil min fl-opinjoni tagħha qed iwettaq din il-missjoni u għandu jingħata dan ir-rikonoxximent billi jagħti ittra ta’ nominazzjoni bid-dettalji lill-Kappillan. Il-persuna jew familja magħżula tingħata l-premju matul il-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija, fil-jum iddedikat lill-Familja.

Għalxejn jibnu l-bennejja, jekk id-dar ma jibnihiex HU
Hekk tghid il-Kelma ta' Alla. Salm 127, 1

Nistednuk biex KULLJUM, FIT-8.00 am, f'NOFSINHAR, u FIT-8.00 pm, tingħaqad ma' ħafna oħra u tgħid 3 AVE-MARIJIET għall-bzonnijiet tal-Familja tagħna, u tal-Familji Maltin kollha, anzi tad-dinja kollha. Alla hu kbir biżżejjed biex jakkomodana lkoll! U nispiċċaw bl-intercessjoni:
SULTANA TAL-FAMILJA, SAĦĦAĦ IL-FAMILJI TAGĦNA.

Barra  l-valur tat-Talb, ikollna wkoll il-valur tat-talb flimkien; naf li miegħi, fl-istess ħin, hemm mijiet, nittamaw eluf, li qed jitolbu bl-istess intenzjoni.

Il-Loġika ta' Alla u d-Divorzju
Katekeżi minn Fr Hayden Williams OFM



It-Talba ta' Koppja

Zwieg ghal Dejjem Jaqblilna

Il-Kredu tal-Miżżewġin
AGĦFAS HAWN
(nota : Agħti ċans jinfetaħ il-file fil-window ġdida, imbagħad agħfas fuq il-buttuna l-ħadra.)

Ir-Rużarju tal-Familja
AGĦFAS HAWN

Iż-Żwieġ u l-Ġid Komuni
Dun Pawl Camilleri jaqsam il-ħsibijiet tiegħu.
AQRA HAWN

Dokument tas-Sinodu - Żwieġ u Familja

AGĦFAS HAWN

X'inhi l-Imħabba?
AGĦFAS HAWN

Talb għall-Familja
Bejn is-7 u l-14 ta’ Frar 2011, PROGETTIMPENN, għat-tieni sena, ingħaqad ma' ħafna pajjiżi fl-Ewropa u fid-dinja biex organizza ĠIMGĦAŻWIEĠ. It-Talb tal-Kommunita' li ntuża matul din il-ġimgħa jista' jibqa' jintuża f'ċelebrazzjonijiet tal-Familja.
AGĦFAS HAWN għat-Talb tal-Kommunita'



Gruppi Familji NsaraĦidma Favur il-Familja fil-Parroċċa Tagħna

X’inhuma l-Gruppi Familji Nsara?

Il-Gruppi Familji Nsara jifformaw fergħa ewlenija tal-Moviment ta’ Kana. Il-Grupp Sagra Familja fil-Parroċċa tagħna huwa attiv u jiltaqa’ darba fix-xahar. Jattendu koppji, u min għandu tfal żgħar iġibhom miegħu wkoll. Il-laqgħat isegwu skemi ta’ sitwazzjonijiet attwali li l-familja tagħna tgħaddi minnhom fil-ħajja ta’ kulljum. Issir ukoll diskussjoni ħajja u qsim t’esperjenzi u naraw kif il-Kelma t’Alla twassalna biex nirbħu dawn is-sitwazzjonijiet.

Investu fil-familja tagħkom u ibdew attendu.

Għal aktar dettalji tistgħu tkellmu lill-Kappillan, lill-Koppja Mexxejja James u Marica Chappell jew billi tibghat email hawn.

F’Ħad-Dingli, il-Grupp Familji Nsara żamm l-ewwel laqgħa tiegħu fid-9 ta’ Ġunju 1975, fid-dar tas Sinjuri James u Georgina Ebejer, fi żmien il-Parrokat tal-Kappillan Rev Dun Karm Frendo. Għal din l-ewwel laqgħa kienu mistiedna l-Koppja Nazzjonali s-Sinjuri Lino u Ċettina Zahra. Fl-2005 il-Grupp adotta l-isem Sagra Familja. Matul is-snin il-Grupp kiber fil-ħidma tiegħu u llum huwa responsabbli, flimkien mal-Kummissjoni Familja, għal diversi inizzjattivi favur il-Familja, fosthom : il-Ġimgħa Familja f’Novembru, il-Premju Joseph Lowell għall-Familja li jinghata f’Awwissu fi żmien il-festa, l-organizzazzjoni tal-Kors ta’ Cana għall-Għarajjes, inizzjattivi matul il-Ġimgħa Żwieg fi Frar, adorazzjoni animata fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u ħidmiet oħra.

Għafas hawn għat-Talba tal-Familja.