Home Contact
 
Djarju tal-Parrocca
Familja
   
   
Jien ma nistax nifhem kif nisrani, specjalment Kattoliku Malti, jista' jgenneb ghal kollox, qishom qatt ma ntqalu, kliem Gesu' fuq id-Divorzju, u l-kliem li qal lilna l-Maltin dwar id-divorzju, il-Papa Benedittu XVI, inqas minn sena ilu, fejn heggigna nibqghu niddefendu l-indissolubilita' taz-zwieg, mhux biss bhala sagrament, imma anke bhala istituzzjoni naturali. Qalilna nkunu kburin li pajjizna jippromwovi familji stabbli billi jghid le ghad-divorzju; heggigna nibqghu naghtu dix-xhieda kuragguza; u fahharna li zammejna rispett profond ghall-qdusija taz-zwieg billi ghazilna li ma nintroducux id-divorzju fil-ligijiet ta' Pajjizna.
 
Jista' Kattoliku Malti jinsa dan kollu meta jmur jivvota fir-Referendum, jew kliem Gesu' "dak li ghaqqad Alla ma ghandux jifirdu l-bniedem"?
 
Imma apparti l-argumenti religjuzi, il-Kattoliku Malta ghandu wkoll il-fatti socjali. Veru li jekk ma jidholx id-ddivorzju, ikun hawn min ibati, anke ingustament, ghax iz-Zwieg ma jkunx tort tieghu li tkisser. Kieku kien hemm mizura li tevita t-tbatija ta' dawn, ovvja li ghandha tintuza hi. Imma r-relata hi li jekk jidhol id-Divorzju, anke b'rieda tajba, biex ma jbatux dawn, tkun qed tigi introdotta mizura li tkabbar in-numru ta' niex ibatu, kif gara kullimkien.
 
L-Amerka, l-ewwel zwieg jitkisser 50%. It-tieni wiehed, li jsir minn dawk li ga ghaddew mit-trawma tad-Divorzju b'kull ma jgib mieghu, kont tistenna li jitkisser inqas. Imma mhux hekk. Jitlisser 67%. U t-tielet zwieg, wara zewg trawmi tad-Divorzju, jitkisser 74%. Mela d-Divorzju jzid u jimmultiplika n-numru ta' nies ibatu, b'uliedhom b'kollox.
 
Studju serju li sar fi 18-il pajjiz Ewropew ikkonkluda li bil-ligijiet tad-divorzju wehedhom -- bla kawzi ohra -- specjalment bin-no-fault divorce, kif hu propost f' Malta, huma responsabbli mizerjament ghal zieda ta' 20% tad-divorzji. Mela xi jsolvi d-divorzju.?
 
Jghidulek allura tibqa' tissawwat? Min iridha tibqa' tissawwat. Imma bid-divorzju, dak li jsawwat jirbah ic-cans li jerga' "jizzewweg" u li jsawwat persuna ohra. Apparti li hu ippruvat li fit-tieni zwigijiet ikun hemm iktar vjolenza domestika.
 
Jghidu li d-Divorzju jriduh biex tonqos il-koabitazzjoni. Kullimkien gara l-kuntrarju. l-Irlanda, li qed tissemma hafna, fl-ahhar 10 snin il-koabitazzjoni telghet b'400%, bid-divorzju b'kollox.
 
Mela apparti argumenti religjuzi, kollox jindika li jekk bla divorzju jkun hemm min ibati -- veru -- bid-divorzju, in-nies li jbatu, u l-konfuzjoni socjali, jikbru, mhux jonqsu. Allura l-gid komuni jitlob li -Divorzju ahjar ma jidholx. Ghandna bhala xorti, l-esperjenza tal-Pajjizi li dahhluh.
 
Dun Pawl Camilleri
Floriana