Home Contact
 
Djarju tal-Parrocca
   
Jannar
Frar
Marzu
April
Mejju
Gunju
Lulju
Awwissu
Settembru
Ottubru
Novembru
Dicembru
   
Xahar ta' Qabel NovembruDicembru  JannarXahar ta' Wara

Fid-djar tqassmu wkoll l-envelopes tal-Kampanja “Minn Qalbna lill-Anġli” li ta’ kull sena fi żmien il-Milied taħseb li tiġbor donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza. L-envelopes tistgħu tħalluhom f’kaxxa apposta fuq il-mejda tal-offerti.

Infakkru lil dawk interessati jieħdu sehem fil-kompetizzjoni ta’ l-isbaħ presepju armat f’dar u l-isbaħ bambin armat f’tieqa li jistgħu jinkitbu għand l-Arċipriet jew il-Kunsill Lokali sat-22 ta’ Diċembru. Fis-sezzjoni tal-presepji hemm żewġ kategoriji: tat-tfal sa 12-il sena u tal-kbar.

 1


 2
 3



 4



 5
 6


 7
 8

Solennita' tal-Kunċizzjoni ta' Sidtna Marija - Festa Pubblika.

 9


 10

 

 11



 12


 13

Festa Nazzjonali - Jum ir-Repubblika

 14
 15
 16
 17
 18
 19
 20
 21
 22
 23



 24Lejlet il-Milied. Fl-4.30 p.m. ikollna quddiesa u servizz ta’ qrar minn konfessur barrani. Fis-6.00 p.m. kulħadd mistieden jieħu sehem fil-purċissjoni tal-Bambin mat-toroq tar-raħal organizzata mill-membri tal-M.U.S.E.U.M.
Għal-lejl tal-Milied, il-Knisja tiftaħ fl-10.15 p.m. fejn ikollna wkoll servizz ta’ qrar. Fil-10.45 tibda velja li tinkludi kant, qari, feature u t-talba tal-għasar. F’nofs il-lejl neqsin kwart tibda l-purċissjoni tal-Bambin fil-Knisja, il-prietka tat-tifel u wara niċċelebraw flimkien il-quddiesa. Inħeġġiġkom ħafna biex tieħdu sehem bħala familja fil-quddiesa ta’ bil-lejl u tersqu wkoll għall-qrar.

 25

Tifkira solenni tat-twelid ta’ Ġesu’: il-Milied. Dakinhar il-ħinijiet tal-quddiesa ikunu bħal tal-Ħadd, b’dik ta’ filgħaxija tkun fil-5.00 p.m.

 26
 27
 28
 29

L-ewwel jum tal-Kwaranturi li matulu jkollna adorazzjoni tul il-ġurnata kollha.

 30

It-tieni jum tal-Kwaranturi.

 31

L-aħħar jum tas-sena u l-anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tagħna.
It-tielet jum tal-Kwaranturi. Fil-5.30pm ikollna l-qrar u fis-6.30pm tibda l-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr. Fi tmiem il-Quddiesa jitkanta t-Te Deum u tingħata l-Barka Sagramentali.


Xahar ta' Qabel NovembruDicembru  JannarXahar ta' Wara