Home Contact
 
Talb
   
Ir-Rit tal-Quddiesa
Hdud Sena Liturgika A
Hdud Sena Liturgika B
Hdud Sena Liturgika C
Liturgija tas-Sieghat
Laudi
Vespri
Kompieta
Ir-Ruzarju Mqaddes
Il-Misteri tal-Ferh
Il-Misteri tat-Tbatija
Il-Misteri tad-Dawl
Il-Misteri tal-Glorja
Kurunella ta' Santa Marija
Il-Bibbja
Talb Online
Kardinal Hume
Qalb ta' Gesu'
Numri t'Emergenza
In-Novena tal-Milied
L-Offerta ta' Kulljum
It-Triq tas-Salib
Laqgha ta' Talb
   
L-Ewwel Misteru tad-DawlL-Ewwel Misteru tad-Dawl
Meta Sidna Ġesú Kristu tgħammed ix-xmara Ġordan.

 
Imbagħad deher Ġesu’ ġej mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni biex jitgħammed minnu.  Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jien hu li jeħtieġli nitgħammed minnek, u int tiġi għandi?”  Ġesu qallu: “Int għalissa ħallik minn dan, għax hekk jixraq li nimxu biex inkunu għamilna u temmejna s-sewwa kollu.”  Imbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.
Ġesu’, wara li tgħammed, minnufih tela’ mill-ilma; u ara, is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u jieqaf fuqu.  U mis-smewwiet instema’ leħen igħid “Dan hu Ibni l-għażiż; fih sibt il-għaxqa tiegħi.”
Mattew 3:13.17  
 

It-Tieni Misteru tad-DawlIt-Tieni Misteru tad-Dawl
Meta Sidna Ġesú Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.

 
Imbagħad il-pitgħada sar tieġ f’Kana tal-Galilija, u omm Ġesu’ kienet hemm. Ġesu’ kien mistieden għat-tieġ ukoll, flimkien  mad-dixxipli tiegħu.  Billi ma kienx fadal iżjed inbid, omm Ġesu’ qaltlu: “Ma għandhomx inbid”  U Ġesu’ qalilha: “Aħna x’għandna x’naqsmu mara?  Is-siegħa tiegħi għadha ma waslitx.”  Omm Ġesu’ qalet lill-qaddejja:  “Agħmlu kull ma jgħidilkom hu.”

Issa kien hemm sitt ġarar tal-ħaġar, imqiegħda hemm għall-ħasil ritwali tal-Lhud, kull waħda minnhom tesa’ xi mitt jew mija u għoxrin litru.  Ġesu’ qal li lill-qaddejja: “Imlew il-ġarar bl-ilma,” U dawk imlewhom sax-xfar.

Imbagħad qalilhom: “Issa ħudu  minnu u newluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda.”  U huma marru jagħtuhulu. Hu daq l-ilma mibdul fi nbid, u billi ma kienx jaf mnejn ġie, għalkemm il-qaddejja li ħadu mill-ilma kienu jafu, sejjaħ lill-għarus u qallu: “Kulħadd l-inbid it-tajjeb iservi l-ewwel; meta mbagħad ikun ħadhom iġibu dak li jkun inqas tajjeb.  Imma int l-inbid it-tajjeb erfajtu sa issa.”

Dan lil għamel Ġesu’ f’Kana tal-Galilija kien l-ewwel wieħed  fost is-sinjali tiegħu.  Bih wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih.

Wara dan, niżel Kafarnahum, Hu, ommu, qrabatu u d-dixxipli tiegħu, iżda ma qagħdux hemm għal ħafna żmien.
Ġwanni 2: 1.12 

 

It-Tielet Misteru tad-DawlIt-Tielet Misteru tad-Dawl
Meta Sidna Ġesú Kristu ħabbar is-Saltna t’Alla u sejjaħ għall-indiema.

 
Kif ra l-folol, Ġesu’ tela’ fuq il-muntanja, qagħad bil-qiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu.  Fetaħ fommu u qabad igħallimhom  u jgħid:
Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-smewwiet.
Ħenjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.
Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art.
Ħenjin dawk  li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin.
Ħenjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena.
Ħenjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma jaraw ‘l Alla.
Ħenjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.
Ħejnin  dawk li huma ippersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.
Ħenjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.
Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu jippersegwitahom lill-profeti li kienu qabilkom”
Mattew 5:1.12 

 

Ir-Raba' Misteru tad-DawlIr-Raba' Misteru tad-Dawl
Meta Sidna Ġesú Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-muntanja Tabor.

 
Ġesu’ ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni, tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja,u tbiddel quddiemhom.  U lbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb; ebda ħasil fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk.  U dehrilhom Elija  ma Mose’, it-tnejn jitkellmu ma’ Ġesu’.  Qabad Pietru u qal lil Ġesu’:  “Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn!  Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mose’ u waħda għal Elija.”  Dan qalu għax ma kienx jaf x’jaqbad jgħid bil-biża’ kbir li waqa’ fuqhom.  Imbagħad ġiet sħaba, u għattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen igħid: “Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu.”  Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed flief lil Ġesu’ magħhom.

Huma u niżlin minn fuq il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li kienu raw, qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.  Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x’kien ifisser tqum mill-imwiet.  Staqsewh u qalulu:  “Għaliex igħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”  “Tassew,” weġibhom, “ l-ewwel għandu jiġi Elija, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu.  Mela kif inhu miktub fuq Bin il-Bniedem li għandu jbati ħafna u jkun imżebblaħ?  Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma ġiebu rwieħhom miegħu kif għoġobhom bħalma hemm miktub fuqu”.
Mark 9: 2.13 

 

Il-Ħames Misteru tad-DawlIl-Ħames Misteru tad-Dawl
Meta Sidna Ġesú Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru ta’ l-Għid.

 
Fl-ewwel jum ta’ l-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesu’ u qalulu:

“Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?”  U Hu qalilhom: “Morru l-belt għand it-tali, u għidulu,”Qallek l-Imgħallem; Is-siegħa tiegħi waslet: jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi’”  Id-dixxipli għamlu kif ordnalhom Ġesu’  u ħejjew l-ikla ta’ l-Għid.  Għall-ħin ta’filgħaxija qagħad fuq il-mejda flimkien mat-Tnax, u waqt l-ikel, qal: Tassew, ngħidilkom, li wieħed minnkom se jittradini”  Huma bdew isewwdu qalbhom ħafna u kull wieħed minnhom staqsieh: “Jaqaw jien, Mulej?”  U Ġesu’ weġibhom: “Dak li jmidd idu u jbill il-ħobż fi platt wieħed miegħi, dak se jittradini.  Bin il-bniedem imur, kif hemm miktub fuqu:  imma ħażin għalih  dak il-bniedem li permezz tiegħu Bin il-Bniedem ikun mogħti f’idejn l-egħdewwa!  Kien ikun aħjar għalih dak il-bniedem li kieku ma twieled  xejn!”  Qabeż Ġuda, dak li ittradieh u qallu: “Jaqaw jien, Rabbi?”  Wieġbu Ġesu’  “Int stess qiegħed tgħidu”

Huma u jieklu,Ġesu’ ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newlu lid-dixxipli u qal:  “Ħudu, kulu, dan hu ġismi.”Imbagħad ħa l-Kalċi f’idejh, radd il-ħajr, newlilhom il-kalċi u qal:  “Ixorbu lkoll minnu, għax dan huwa  demmi, id-demm  tal-patt, li jixxerred għall-kotra għall-maħfra tad-dnubiet.  Ngħidilkom li ma nerġax nixrob  iżjed minn dan il-frott tad-dielja sa dak in-nhar li nixrob inbid ġdid magħkom fis-Saltna ta’ Missieri.”
Mattew 26: 17.29