Home Contact
 
Ahbarijiet
   
Ahbarijiet u Features
Il-Qanpiena tal-1762
Is-Seminarista Carmelo Camilleri
It-Tabernaklu
Zewg Centinarji
Legjun ta' Marija 50 Sena Fostna
San Gwann tas-Sagristija
l-Istatwa Polikroma tal-Battista
Il-Progett tal-Knisja
Il-Vara ta' Santa Marija
150 Sena tal-Vara Titulari
Apprezzament Artistiku tal-Vara
Il-Qniepen tal-Parrocca
Il-Kungress u l-Artal Maggur
Kumm. Parrok. Tfal
L-Assunta fit-Toroq Taghna
   
Avviżi - 31.03.2019  - Ir-4 Ħadd tar-Randan

1.   Infakkru lit-tfal kollha tal-parroċċa biex nhar ta’ Ħadd jattendu għall-quddiesa tad-9.30 a.m. li hi organizzata b’mod speċjali għalihom.  U fil-Ħdud tar-Randan, iż-żgħażagħ mistiedna jieħdu sehem flimkien fil-quddiesa tal-11.00 a.m.

2.    Min-nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa jkollna l-eżerċizzi spiritwali għal kulħadd li jsiru filgħodu.  Fid-9.00 tiġi ċċelebrata l-quddiesa u fid-9.30 issir il-prietka minn Dun Antoine Borg, direttur ta’ Radju Marija.

3.    Mar-rivista ‘Flimkien’ ta’ April se tirċievu envelope għal ġabra għall-ispejjeż tal-armar tal-festa.   Fuq l-envelope hemm nota li tispjega aħjar l-għan ta’ din il-ġabra, bl-envelopes se jinġabru mill-kolletturi tal-prroċċa min-nofs din il-ġimgħa.  Napprezzaw li tikkopperaw mal-kolletturi f’din il-biċċa xogħol li jagħmlu, huma wkoll b’mod volontarju, u nirringrazzjakom tal-offerti tagħkom.

4.    Nhar it-Tlieta fis-7.00 p.m. jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

5.    Nhar il-Ħamis fid-9.00 a.m. ikollna coffee morning fiċ-Ċentru Parrokkjali.  Din l-attivita’ tinkludi wkoll tombla.

6.    Nhar il-Ġimgħa jkun l-ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Għalhekk, il-Ħamis mis-6.00 p.m. u l-Ġimgħa mit-8.30 a.m. ‘il quddiem ser ikollna qrar minn konfessur barrani. Il-Ġimgħa fl-9.45 a.m. tiġi ċċelebrata quddiesa fid-Day Centre tal-Anzjani.

7.    Il-quddiesa tas-Sibt li ġej fis-6.30 p.m. tkun animata mill-Grufan.

8.    Is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess għall-kiri ta’ parti minn garaxx li l-parroċċa għandha ġiet aġġudikata.  L-għażla kienet offerta li pproponiet li dan l-ispazju jintuża għal child care centre.

9.    Bi tħejjija għall-jiem li ġejjin xtaqt ninfurmakom b’żewġ inizjattivi.  Lejlet id-Duluri, wara l-quddiesa ta’ filgħaxija se norganizzaw mument ta’ talb fil-knisja bit-tema “Il-mara tat-tbatija”.  Dakinhar ser ikollna servizz ta’ qrar.  Imbagħad, fil-Ġimgħa Mqaddsa, il-parroċċa se torganizza pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla.  Dan ser isir it-Tlieta 16 ta’ April.  Nitilqu minn Ħad-Dingli fil-4.45 p.m.  biex fis-6.00 p.m. nieħdu sehem fil-quddiesa fil-Bażilika tal-Isla u wara jkollna mument ta’ talb.  Kitba għat-trasport fis-sagristija.   

10.  Il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.