Home Contact
 
Ahbarijiet
   
Ahbarijiet u Features
Is-Seminarista Carmelo Camilleri
It-Tabernaklu
Zewg Centinarji
Legjun ta' Marija 50 Sena Fostna
San Gwann tas-Sagristija
l-Istatwa Polikroma tal-Battista
Il-Progett tal-Knisja
Il-Vara ta' Santa Marija
150 Sena tal-Vara Titulari
Apprezzament Artistiku tal-Vara
Il-Qniepen tal-Parrocca
Il-Kungress u l-Artal Maggur
Kumm. Parrok. Tfal
L-Assunta fit-Toroq Taghna
   
Avviżi  -  24.06.2018  -  It-12-il Ħadd matul is-sena

1.  Għada fis-2.30 p.m. ikollna Afternoon Tea fiċ-ċentru, attivita’ li tinkludi wkoll tombla.

2.    Nhar it-Tlieta fit-7.45 p.m. jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parorkkjali fiċ-ċentru.

3.    Nhar il-Ħamis mit-8.00 p.m. ‘il quddiem, il-Kumitat Festa Esterna jorganizza l-Fiera Tradizzjonali tal-Imnarja bħala parti mill-attivitajiet ta’ din il-festa organizzati fil-ġonna tal-Buskett.

4.    Il-Ġimgħa tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ San Pietru u San Pawl, l-Imnarja.  Il-ħinijiet tal-quddiesa fil-parroċċa jkun bħal ta’ matul il-ġimgħa, iżda jkollna quddiesa barranija fit-8.30 a.m.  Il-Ġimgħa wkoll, fis-6.30 a.m. l-Arċipriet jiċċelebra quddiesa fil-Buskett.  

5.    Il-Ħadd li ġej ikun l-ewwel Ħadd tax-xahar u għalhekk ikollna l-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-parroċċa.

6.    Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju filgħaxija se jiġi organizzat Bar-B-Q għal kulħadd fuq il-bejt taċ-ċentru parrokkjali.  Kitba mis-sagristija jew għand il-membri tal-fund-raising tal-parroċċa.

7.    Dawk li jixtiequ jagħmlu reklam fil-programm tal-festa ppubblikat mill-parroċċa għandhom ikellmu lill-Arċipriet sal-aħħar ta’ Ġunju.

8.    Waqt li t-tfal ser ikunu bil-vaganzi tas-Sajf, il-parroċċa se torganizza quddiesa apposta għalihom kull nhar ta’ Tnejn fis-6.00 p.m. fil-Knisja; l-Erbgħa fit-8.15 a.m. f’Dar Dun Bosco; u s-Sibt fit-8.00 a.m. fil-Knisja.  Matul is-Sajf, it-tfal għandhom jibqgħu jattendu għad-duttrina fil-M.U.S.E.U.M.

9.    Niftakru f’ħuna Paul Ciappara li għadda għall-ħajja ta’ dejjem.  Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem . . .